Is-Soċjetà Mużikali Peace se tippreżenta ‘A Night at the Movies – Christmas Spectacular’, li se jsir fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Birkirkara, nhar is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2026. Wara s-suċċess kbir tal-edizzjonijiet preċedenti, il-Banda Peace tan-Naxxar se terġa’ tippreżenta dan l-ispettaklu għall-ħames darba, b’serata mill-aqwa għal dawk kollha li jħobbu l-mużika u d-dinja affaxxinanti taċ-ċinema. Il-programm se jkun jinkludi siltiet mill-aqwa films li għandhom rabta mal-perjodu tal-Milied.