Nistednukom tingħaqdu magħna għal serata oħra mill-isbaħ bħala parti mill-programm Rokna Mużikali, li se ssir nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru 2026 fil-5:00pm. Din l-attività toffri opportunità lill-istudenti u lill-mużiċisti tal-Banda Peace sabiex juru t-talent u l-ħiliet mużikali tagħhom, f’atmosfera sabiħa ddedikata għall-mużika.