Gallery Album:
Marċ Popolari tat-Tieni jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru
Albums > 2016 > Festa 2016 > Marċ Popolari tat-Tieni jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru
Ir-ritratti u wħud mill-filmati li ġew meħudin waqt il-Marċ Popolari li jsir fin-Naxxar fit-Tieni jum tat-Tridu, 5 ta' Settembru. Il-Marċ bħal kull sena għadda mit-toroq Markiż Scicluna, Castro, Misraħ ir-Rebħa, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, l-Paroċċa, Oratorju, San Ġorġ, l-Kbira u spiċċa fil-Pjazza b'diversi SORPRIŻI fost il-brijju u l-entużjażmu taż-Żgħażagħ u l-Partitarji. Din is-sena hija t-Tieni sena li ġiet mżanżna l-istatwa l-ġdida ta' Marija Bambina u li ttellgħet fil-gallarija prinċipali tal-każin. Pero, din hija l-ewwel sena li l-Banda Peace akkumpanjat lill-istatwa b'Marċi Brijjużi u Innijiet Marjani minn quddiem l-Arċipriet sal-Pjazza wara li l-proposta lis-Soċjeta' tagħna għamlet lill-Kurja ġiet milquwa. Din is-sena l-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjoni Żgħażagħ ma naqasx mis-SORPRIŻI, anzi, kull minn kien fil-Pjazza seta' jgawdi spettaklu UNIKU li qatt ma kien sar qabel fin-Naxxar b'sinkroniżar ta' karti, nar, dwal u laser flimkien mal-Mużika. Din is-sena wkoll żżanżnet għal l-ewwel darba d-diska "Soċjeta' Peace" u ma setax jonqos lis-Soċjeta' tagħna tistieden lill-kantant Glen Vella sabiex ikantaħa LIVE fil-Pjazza waqt il-Marċ Popolari. Dan kollhu jiġġustifika li l-Marċ tal-5 ta' Settembru qiegħed isir l-isbaħ Marċi Brijjuż fin-Naxxar u l-aktar mistenni. Aktar ritratti jittellgħu fil-jiem li ġejjin.
Ħajr lill-Edward Azzopardi u Daniela Agius Cachia tar-ritratti tal-editjar tal-Promo