Gallery Album: FESTA: Ħruġ minn-Niċċa tal-istatwa ta' Marija Bambina - 28 ta' Awwissu

Nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu fis-7:15pm, il-banda Peace bħal kull sena bi privileġġ u unur kbir akkumpanjat il-Ħruġ tal-Istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa. Wara l-quddiesa, l-BANDA PEACE fetħet il-Festa 2017 b'Marċ li beda mill-Kappella ta' San Ġakbu, għal Triq il-Markiż Scicluna sal-Pjazza fejn tilqa' l-istatwa fil-bieb tal-Knisja. Wara ċ-ċelebrazzjoni sar ukoll Marċ Brijjuż fil-Pjazza u Vjal ix-Xogħol. Waqt il-Ħruġ minn-Niċċa inħaraq ukoll xi nar mill-Għaqda Marija Bambina, Naxxar.

 

L-Innu Ta' Marija Bambina - Naxxar - 'O Tfajla Mmakulata' miktub mill-qatt minsi Mro.Ferdinando Camilleri (100 sena anniversarju)

Ritratti [ 70 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti.