Nhar il-Ħadd 17 ta' Settembru, sar id-dħul tal-istatwa Titulari lura fin-niċċa fejn dakinhar uffiċjalment għalaqna l-Festa 2017. Numru sabiħ ta' partitarji nngħaqadna kollha flimkien sabiex nsellmu lill-istatwa artistika ta' Marija Bambina u flimkien nirringrazjawa talli kelna Festa oħra mill-isbaħ. Nistaw ngħidu li għalkemm din is-sena tertaqilna qalbna t-temp, xorta saret il-Festa nhar is-Sibt 9 ta' Settembru fejn b'mod kollettiv uħud mill-għaqdiet tal-Festa fir-raħal inngħaqadna flimkien u erġajna armajna d-drapp prinċipali bħal pavaljuni u bandalori tas-Soċjeta' tagħna u d-drapp ieħor tal-Knisja fil-pjazza.