Gallery Album: FESTA: Ċelebrazzjoni u Innawgurazjoni tal-Faċċata tal-Każin - 3 ta' Settembru

Nhar it-Tnejn, 3 ta' Settembru fil-Pjazza tan-Naxxar saret ċelebrazzjoni għal kullħadd fejn ġie innawgurat l-armar artistiku tal-faċċata tal-Każin tas-Soċjetà Mużikali Peace.

Dan l-armar uniku huwa l-ewwel tat-tip tiegħu f'pajjiżna fejn ġejna wkoll premjati mill-Malta Records għall-akbar ammont ta' disinji maqtugħin fl-injam fuq faċċata ta' każin b'ammont ta' 788 disinn fl-injam. Id-dissinn tal-faċċata ġie ddisinjat mill-artist Naxxari s-sur Edward Azzopardi li flimkien mall-Kummissjoni Żgħażagħ u membri wkoll qalbiena tas-Soċjeta' ħadmu llkoll flimkien sabiex stajna ninnawguraw dan id-dissinn mill-isbaħ.

 Id-disinn tal-faċċata l-ġdida li ġiet inawgurata għall-ewwel darba fil-pjazza nhar it-Tnejn 3 ta' Settembru 2018, irrekjediet bosta xogħol, ħin u dedikazzjoni minn ħafna partitarji tas-Soċjeta' tagħna. Nistaw ngħidu li din il-faċċata saret kollha mill-partitarji tas-Soċjeta'. Id-disinn, ingrandimenti u xogħol tal-injam saru mis-sur Edward Azzopardi u x-xogħol tal-ħadid sar mis-sur Ryan Cauchi u s-sur Daniel Bonavia. Pero' mingħajr l-għajnuna tal-partitarji li kienu jgħinu kuljum sabiex il-proġett tal-faċċata jibqa' miexi l-quddiem, din il-ħolma ma kinetx isseħħ realta' dis-sena. Allura minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil kull individwu li kien jiġi b'mod volontarjat sabiex isir xogħol ta' xkatlar, żebgħa u qtugħ fl-injam u fil-ħadid. Nixtiequ fl-aħħar u mhux l-anqas nirringrazzjaw lill-artist Redrian Micallef tax-xogħol ta' sfurmar li għamel fuq id-drapp u d-disinni tal-injam. 

Tajjeb li nsemmu' li x-xogħol ta' ħadid inħadem b'ċertu reqqa, dan għaliex wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħna kien li mall-faċċata ma jitwaħlux imsiemer, boltijiet jew ħadid ieħor biex jitwaħħal id-disinn. Għalhekk il-ħadid inħadem b'sistema ta' ġakkijiet sabiex ma jsir l-ebda ħsara mall-faċċata tal-Palazz kbir, storiku u għażiż tagħna. 

Fin-nofs ta' din il-faċċata tpoġġiet ir-replika tal-istatwa artistika ta' Ommna Marija Bambina. It-tlugħ tal-istatwa isir normalment fil-5 ta' Settembru', pero għal okkażjoni tat-3 ta' Settembru 2018 l-istatwa kienet qiegħda ssebbaħ l-armar artistiku tal-faċċata. L-istatwa hija mdawra bid-daqq tal-kor tal-anġli. Dan huwa veru armar li jirrifletti l-identita' tagħna; Soċjeta' mimlija storja, kultura u mużika ta' aktar minn 155 sena. 

 

 

Filmat li nġibet dirett waqt l-innawgurazjoni tal-Faċċata

 

Ritratti

 

Ritratti [ 169 ]

Ħajr lill-Pierre Balzia tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • December 2024
    SunMonTueWedThuFriSat
    24252627282930
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    2930311234

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify