Nhar il-Ħadd, 31 ta' Marzu ġiet organizzata attivita' mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mall-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Fl-10:00 ltqajna llkoll flimkien fejn il-Kappella ta' San Ġakbu (ex-Trade Fair grounds); wara saret dimostrazzjoni ta' annimali domestiċi u bhejjem sal-pjazza fejn sar it-tberik mill-Arċipriet Dun David Gauci. Nixtiequ nirrangrazjaw lis-Sindku AnnMarie Muscat Fenech Adami tal-kontribut tagħha f'din l-attivita u lill-Arċipriet Dun David Gauci tas-sehem tiegħu f'din l-attivita'. Din id-dimonstrazzjoni ġiet akkumpanjata minn-Naxxar Scouts Group. Wara t-tberik, fil-Pjazza kien hemm wirjiet mill-klieb tad-Dwana u mill-klieb u żwiemel tal-Puluzija. Wara din l-attivita' ngħatat tifkira sabiħa lil kull parteċipant.
Apprezzament: Il-Kummissjoni Żgħażagħ tirringrazzja lilkom li għoġobkom tattendu w tipparteċipaw għal attivita tat-Tberik tal-Annimali fin-Naxxar. L-istess Kummissjoni tirringrazzja mill-Qalb lil:
President, Segretarju, Kumitat Ċentrali, Kummissjonijiet -
Soċjeta' Mużikali Peace
Kunsill Lokali Naxxar, Sindku,Kunsilliera, Segretarju, Impjegati
Parroċċa Marija Bambina, Rev. Arċ. Dun David Gauci
Naxxar Scouts Group
Korp tal-Pulizija ta' Malta - Sezzjoni taż-Żwiemel u Klieb
Id-Dwana ta' Malta - Sezzjoni tal-Klieb
Otto Clubhouse
Animal Welfare Directorate
The Island Sanctuary Malta
Transport Malta
Clifford Galea - Preżentatur
Kevin Agius - Aġġornament Kontinwu fuq Media Soċjali
Gayle Chetcuti, Picturing Memories għal teħid ta' Ritratti
Lil dawk kollha li ħadmu wara l-kwinti.
Sponsors Uffiċjali:
Borg Cardona Ltd.
Sur Marlon Brincat
Sinjura Ann Marie Muscat Fenech Adami
Sur Pierre Scberras
Sur Christopher Deguara
Sur Ivan Gaffiero
Ħajr lis-Sidien tal-Pets u Żwiemel li għoġobhom jipparteċipaw bi ħġarhom.
Niskużaw ruħna għal kull inkonvinjent li seta' nħoloq fejn saret l-attivita lir-residenti u lil Pubbliku nġenerali.
Fl-aħħar nett nittamaw li kienet attivita ġdida f'raħalna li ħalliet il-frott biex jgawdi ir-raħal tan-Naxxar. Bħala Soċjeta' se nkomplu bil-ħidma tagħna ħalli l-isem tas-Soċjeta Mużikali Peace u tan-Naxxar ikomplu jgħolew 'l fuq. Grazzi lil Kulħadd.
Filmat 1: Diretta mill-Pjazza - Il-wasla tad-dimonstrazzjoni tal-annimali fil-Pjazza.
Filmat 2: Diretta mill-Pjazza - Il-wasla tad-dimonstrazzjoni tal-annimali fil-Pjazza.
Filmat 3: Diretta mill-Pjazza - Waqt id-dimonstrazzjoni tal-annimali fil-Pjazza.
Filmat 4: Diretta mill-Pjazza - Waqt ix-Xow tal-klieb tal-Puluzija fil-Pjazza
Filmat 5: Diretta mill-Pjazza - Waqt ix-Xow tal-klieb tad-Dwana fil-Pjazza