Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2019 fis-7:30pm fis-sede tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar saret innawgurazzjoni ta' Restawr ta' Pitturi tal-artist magħruf Antoine De Favray fis-Sala Marija Bambina. Din l-attivita' saret bis-sehem ta' Sur. Roderick Abela (Direttur ReCoop Ltd), Rev. Gino Gauci (Universita' ta' Malta), u Mro. Lino Pirotta (Intervent Mużikali).
Dan il-proġett sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Fondi għall-Każini tal-Banda immexxi mill-Ministeru tal-Arti u Kultura, Arts Council Malta, u l-Ghaqda Kazini tal-Banda.
Hekk kif beda l-proċess ta’ restawr, irriżulta li l-artist ma kien ħadd ħlief il-pittur magħruf Franċiż Antoine de Favray (1706 – 1798).
Favray wasal Malta fl-1744 u baqa’ f’pajjiżna sakemm miet, ħlief għal disa' snin (1762-1771) meta kien f’Kostantinopoli.
Bi pjaċir ilqajna wkoll l-ewwel żjara tal-E.T. il-President ta’ Malta Dott. George Vella ġewwa l-Belt tan-Naxxar. Il-President ippresjeda l-inawgurazzjoni tar-restawr ta’ pitturi tal-artist ċelebri Antoine de Favray, fis-Sede tas-Soċjetà tagħna.
Grazzi speċjali lill-President of Malta George Vella u s-Sinjura Vella li għoġobhom jippresjedu l-inawgurazzjoni.
Filmati tad-Diretta li saret fl-innawgurazjoni tal-Pitturi nhar il-Ġimgħa 3 ta' Mejju
Ritratti li ttieħdu waqt id-Diretta fuq Facebook
Ir-ritratti uffiċjali ta' din l-attivita' jittellaw fil-jiem li ġejjin.