Nhar l-Erbgħa 28 ta' Awwissu, l-Banda Peace bħal kull sena b'unur u privileġġ kbir, fetħet il-Festa 2019 fin-Naxxar b'daqq ta' marċi brijjużi u innijiet Marjani fl-okkażjoni tant mistennija minn-Naxxarin; Il-Ħruġ minn-Niċċa tal-istatwa ta' Ommna Marija Bambina. Il-Banda Peace bdiet is-servizz mużikali tagħha mid-Dar Sagra Familja fejn allegrajna lill-anzjani Naxxarin b'daqq ta' marċi brijjużi, għal Triq il-Markiż Scicluna sal-Pjazza. Mal-wasla tal-banda fil-pjazza, l-banda Peace laqgħet lill-istatwa Titulari ta' Ommna Marija Bambina fil-bieb tal-knisja b'daqq ta' innijiet Marjani. Wara l-ħruġ minn-niċċa, l-banda Peace kompliet iċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Festa b'daqq ta' marċi brijjużi fil-Pjazza u Vjal ix-Xogħol.
Il-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Marija Bambina tan-Naxxar ġiet elevata għall-istat ta’ Kolleġġjata mill-Eċċellenza tiegħu Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna. Dan anke b’konsiderazzjoni għall-paroċċa li ħaddnet l-ewwel twemmin fil-gżejjer tagħna fejn anke l-motto tan-Naxxar huwa Prior Credidi: L-ewwel li emmen.
Filmat: Dun David Gauci jħabbar li l-Knisja Arċipretali ġiet elevata għall-istat ta’ Kolleġġjata mill-Eċċellenza tiegħu Arċisqof ta’ Malta