Gallery Album: Kunċert Vokali u Strumentali f'Lejliet il-Festa - 7 ta' Settembru

Nhar is-Sibt, 7 ta' Settembru fl-lejliet il-Festa ta' Ommna Marija Bambina, il-banda Peace eżegwixxiet Kunċert Mużikali fuq il-Planċier tas-Soċjeta' fil-Pjazza taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Naxxari Lino Pirotta bl-għajnuna tal-Assistent Surmast Joseph Chircop. Akkumpanjaw lill-Banda Peace, l-kantanti Mary Spiteri, Nicole Frendo u Georg Zammit. Dan il-Kunċert ġie preżentat minn-Naxxari, s-sur Tonio Vella.

Grazzi lil dawk kollha li nngħaqdu llkoll magħna għal din is-serata mużikali u festiva fil-Pjazza Naxxarijja u grazzi lil dawk kollha li bħal kull sena għaddew kummenti positivi fuq dan il-Kunċert Mużikali ferm mistenni fuq l-unika Planċier f'Beltna n-Naxxar. Grazzi.

Intervista mas-Surmast Direttur tal-Banda Peace Lino Pirotta u l-Assistent Surmast Joseph Chircop qabel il-bidu ta' dan il-Kunċert

Siltiet qosra mill-Kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda Peace tan-Naxxar (2019)


Ħajr lill-Aaron Tanti tar-ritratti u lill-Daniela Agius Cachia tal-filmati