Nhar is-Sibt 21 ta' Diċembru u l-Ħadd 22 ta' Diċembru, l-Kunsill Lokali tan-Naxxar b'kollaborazjoni mal-għaqdiet ta' Beltna, organizzaw attivita' bl-isem 'Milied Malti fin-Naxxar'. Is-Soċjeta' tagħna tat il-kontribut tagħha billi ttellgħat wirja ta' arti mill-isbaħ fis-Sala Marija Bambina tal-artist Christopher Azzopardi, kif ukoll il-Kummissjoni Żgħażagħ ramaw stand fil-pjazza fejn bdew ibiegħu larinġ, mulled wine, imqaret, coconut balls u ħafna ikel ieħor relatat mal-Milied. Waqt din l-attivita' bdew jitqassmu wkoll il-Kalendarji tas-sena 2020 tas-Soċjeta' tagħna.
Diretta mill-Pjazza