Nhar it-Tnejn 30 ta' Diċembru fil-5:30pm sar il- Party tal-Milied għat-Tfal fil-Każin tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Dan il-party sar bis-sehem ta Peter Paul ta' Tribali fejn organizza 'workshop' mużikali lit-tfal preżenti. Waqt dan il-party kien hemm bosta ikel, xorb u ngħataw ukoll rigali lit-tfal preżenti. F'isem is-Soċjeta' Mużikali Peace nixtiequ nirringrazjaw lil ġenituri kollha talli għoġobom iġibu lit-tfal tagħhom. Dan il-party ġie mtellgħa mis-Sezzjoni Tfal u Addoloxenti tas-Soċjeta' bl-għajnuna tal-Kummissjoni Żgħażagħ.