In-Naxxar dejjem kien ta' priorita għas-Soċjeta' tagħna, għalhekk din is-sena s-Soċjeta' tagħna b'parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ u l-200 sena mit-twelid tal-President Fundatur il-Markiż Vincenzo Bugeja qiegħda torganizza numru ta' attivitajiet sabiex tfakkar dawn l-anniversarji.
Waħda mill-attivitajiet kienet it-Tħawwil tas-Siġar li saret nhar il-Ħadd 16 ta' Frar fid-9:30am fil-ġonna ta' quddiem is-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar. Din l-attivita' ġiet mtella' bil-kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali tan-Naxxar.
F'isem is-Soċjeta' ġew mħawlin ħames siġar taż-żebbuġ.
Filmat miġbud waqt xandira diretta fuq Facebook
Ritratti: