Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Awwissu, mit-8:00 'il-quddiem, fil-Pjazza tan-Naxxar ittellgħa l-BBQ tradizzjonali tal-Festa fejn kien 'fully booked'. Grazzi lill-dawk kollha li parteċipaw f'din l-attivita' fosthom il-kantanti u l-mużiċisti kollha b'mod speċjali lill- Mro.David Joseph Sammut u lill-preżentratriċi ta' din is-serata, s-sinjorina Carla Genovese. Grazzi mill-qalb lill-voluntiera kollha li ħadmu biex dan il-BBQ jkun suċċess kif ukoll lilkom li attendejtu b’mod numereż ħafna għal din l-attivita’ li fetħet l-attivitajiet tal-Festa 2022. Grazzi wkoll lil dawn l-isponsors tal-għajnuna u l-fiduċja fina: Onor. Clayton Bartolo, Onor. Jonathan Attard, Onor. Ivan Castillo, Onor. Graziella Galea, Is-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami, Il-Kunsillier Mark Anthony Deguara, Impressions, Nail Impress, Otto Club House, Djar il-bniet, Jimmy Fruit & Vegetable, Barigozzi, Geatano Borg, Villa Arrigo.
GRAZZI mill-QALB!.