Nhar il-Ġimgħa 30 ta' Awwissu, waqt ir-riċeviment annwali tal-festa ġiet inawgurata l-ewwel bandalora minn sett ta' 10 li ser ikunu qed jibdew jintramaw fi Vjal ix-Xogħol fis-snin li ġejjin.
Sfortunatament l-għada ħadna l-aħbar ħażina li l-pittur Mario Baldacchino ħalla din id-dinja. Żgur li din il-bandalora ħa tibqa' imfakkra għall-memorja tiegħu bl-aħħar biċċa xogħol mill-isbaħ li kellha tiżanżan propju ftit siegħat qabel Mario għadda għal ħajja eterna.
Nixtiequ nirringrazzjaw lil Jeremy Cachia għad-disinn ta' dawn is-sett bandalori kif ukoll għad-disinn tal-labardi li se jkunu qed jikkumplimentawhom. Grazzi lil Redrian Micallef għall-isfumar kif ukoll lil Abigail Micallef għal ħjata.
Grazzi wkoll lil Albert Wood Turning għal xogħol fuq it-torn, Etienne Calleja għal xogħol ta' induratura, Karmenu Xerri għal xogħol li sar fil-metall, lil Ninu Galea ta' Dexxin għal xogħol tal-ħadid. Grazzi wkoll lil diversi voluntiera tas-Soċjetà fosthom Matthias Frendo li ħadem fuq is-sopraporta u lil Anthony Deguara li kkordina x-xogħol.
Grazzi lil Arts Council Malta u lill-Kummissjoni Żgħażagħ li għennu sabiex jiġu ffinanzjati l-ewwel 4 bandalori. Nixtiequ nirringrazzjaw lil diversi individwi li diġa' wrew interess sabiex ikomplu jgħinu f'dan il-proġett kbir.
Grazzi!