Riċerka għal ritratti minngħand l-ammiraturi tas-Soċjeta'

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-Festa għaddiet bħal leħħa ta' berqa! Għalkemm din is-sena, faqqet din il-pandemijja globali, s-Soċjeta' tagħna xorta għamlet milli tista sabiex torganizza Festa virtwali billi organizzat sensiela ta' ħames xandiriet diretti bl-isem Bandiera Blu. Kienu ħafna l-messaġġi positivi li rċivejna minngħand soċji, ħbieb u ammiraturi tas-Soċjeta' u tal-Festi lokali fuq il-programm u nixtiequ nieħdu l-okkażjoni sabiex nirrangrazjaw lil dawk kollha li segwewna.

Din id-darba nixtieq nistedinkom sabiex tibgħatulna xi ritratti tagħkom sabiex naraw kif gawdejtu din il-Festa strawdinarja. Sfortunatament mhux kulħadd seta jgawdi din il-Festa ħabba raġunijiet ta saħħa u għalhekk nistieden anke dawk in-nies li gawdew dawn il-ġranet mid-dar tagħhom sabiex jibgħatulna r-ritratti tagħhom fi spirtu ta' Festa. Ninsab ċert li kulħadd ħa xi ritratt fil-Festa u għalhekk nistedinkom sabiex tibgħatulna r-ritratti tagħkom fuq il-facebook page tas-Soċjeta'. Ir-ritratti li ser nirċievu ser jitilaw fuq is-sit uffiċjali bandapeacenaxxar.com fl-album tal-Festa 2020.

Grazzi!

Ritratti tal-posters: Uħud mir-ritratti tal-posters ġew meħudin mill-arkivju digitali tal-Festa 2019. 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 10 ta’ Settembru 2020


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.