Data tal-Attivita: Is-Sibt, 30 ta' Jannar 2021
Nhar is-Sibt 30 ta' Jannar, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw l-ewwel ikla tas-sena 2021.
Peress li ninsabu fl-għeqel tal-pandemijja, ddeċidejna li ma nagħmlux ikla fis-Sala Marija Bambina, pero' l-ikel ser jiġi mwassal fid-djar tagħkom (Free Delivery) jew tistaw tiġu u tiġbru l-ikel intom stess (Pick Up).
Ikel: Bruschetta (Starter); Full Rack Ribs jew Tiġieġ, Chips, Coleslaw (Main Course) u Deżerta.
Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu fuq 7922 1224.
Nixtiequ ninfurmawkom sabiex ma tħallux għal aħħar sabiex tordnaw l-ikel. L-ordnijiet ser jibqaw miftuħin sa nhar il-Ħamis 28 ta' Jannar.
Grazzi mill-Qalb! L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezata.
Inħarsu b'determinazzjoni u ottimiżmu lejn il-Festa 2021!
Marċ Brijjuż. Faċċata Kolossali- Mro.Alfred Farruġia
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 11 ta' Jannar 2021