Ikla Ribs - Eurovision Night

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 22 ta' Mejju 2021

Nhar is-Sibt 22 ta' Mejju, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace ser torganizza ikla ribs dakinhar tal-Eurovision. Il-qliegħ kollu ta' din l-ikla ser imur kollhu b'risq il-proġetti kontinwi li għaddejjin fis-Soċjeta' tagħna.

L-ikla ser tibda mis-6:30pm il-quddiem u l-ikel ser jiġi mwassal fid-djar tagħkom permezz ta' FREE DELIVERY. Kull minn jixtieq jista jiġi jiġbor l-ikel hu stess minn PALAZZO VITTORIA.

Ikel Main Course: Full Rack Ribs JEW Half Chicken. Drink, Chips, Coleslow u Deżerta.

Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu fuq 7922 1224.

Inħeġġukom sabiex ma tħallux sal-aħħar u tibbukjaw qabel nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju.

GRAZZI tas-sapport kontinwu tagħkom!

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tieħu l-okkażjoni sabiex tawgura lill-bravissima Destiny Chukunyere. Awguri mill-qalb!

 

Destiny - Je Me Casse - Malta 🇲🇹 - Official Music Video - Eurovision 2021

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 11 ta' Mejju 2021


KURAĠĠ - COVID-19
Festa 2020

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.