Polo Shirts - Għall Bejgħ mis-Soċjeta' Mużikali Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar jixtiequ jinfurmaw lill-partitarji tas-Soċjeta' li ser ikunu qiegħdin ibiegħu sett ta' Polo Shirts ġodda bl-emblema tas-Soċjeta'. Kull minn huwa nteressat li jixtri dan il-flokk, huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 7922 1224 jew jordna l-flokk minn OTTO Clubhouse sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Mejju.

Il-prezz huwa ta' €15 u hawn għażla kbira ta' sizes.

Tħallux għal aħħar u ordnaw il-flokk tagħkom.

Inħarsu flimkien lejn il-Festa 2021 b'ottimiżmu.

Żagħżugħa Jien - Nicola Frendo

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 11 ta’ Mejju 2021