GRAZZI - Festa 2021

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

F'isem il-President Edward Azzopardi, u l-Membri tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, nirringrazzjaw lil kull min ħadem sabiex organizzajna Festa oħra ad unur Marija Bambina. Festa li għalkemm ma’ ġietx iċċelebrata b’mod normali, kienet waħda iebsa u ta’ impenn minn aspetti oħra speċjalment minħabba r-restrizzjonijiet imposti.

Grazzi wkoll lill-membri tagħna u lil kull min żar is-sede tagħna tal-koperazzjoni sħiħa tagħhom f’kull attività li kellna mill-bidu sa tmiem il-festa. Grazzi wkoll li segwejtu l-programm virtwali Bandiera Blu li kien suċċess kbir, grazzi lil dawk il-benefatturi li minkejja ż-żmien diffiċli xorta waħda resqu ‘l quddiem bid-donazzjoni tagħhom.

Fl-aħħar però żgur mhux l-inqas nirringrazzjaw lill-Bandisti u s-Surmast tagħna li minkejja d-diffikultajiet irnexxielna nagħmlu li nistgħu bil-limitazzjonijiet kollha, fosthom quddiesa bis-sehem tal-banda u l-vuċijiet nhar it-3 ta’ Settembru, kif ukoll daqq ta’ marċi fil-każin fil-5 u t-8 ta’ Settembru.

𝗚𝗥𝗔𝗭𝗭𝗜!

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 10 ta' Settembru 2021


Aħbarijiet Riċenti


Kalendarju tax-Xahar

  • Diċembru 2021
    TneTliErbĦamĠimSibĦad
    293012345
    6789101112
    13141516171819
    20212223242526
    272829303112
    3456789

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.