Kif ħabbarna f’Ottubru li għadda s-Soċjetà tagħna din is-sena se tkun qed tibbenefika minn fondi Ewropej sabiex timplimenta proġett li se jkun qed jirriġġenera l-entratura prinċipali, kif ukoll it-taraġ ewlieni ta’ Palazzo Vittoria - Naxxar. Fl-aħħar jiem is-Segretarju Ġenerali f’isem is-Soċjetà tagħna ffirma l-kuntratt mal-entitajiet amministrattivi tal-fondi sabiex dan il-proġett ikun jista’ jibda.
Fil-jiem li ġejjien se jkunu qed joħorġu diversi sejħiet ta’ interess sabiex jiġu sottomessi kwotazzjonijiet fuq diversi xogħolijiet u servizzi li hemm bżonn biex dan il-proġett jitwettaq skond kif pjanat.
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 25 ta’ Jannar 2023