Is-sur Edward Azzopardi jirreżenja mill-kariga ta' President

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar jixtieq javża lill-membri u lill-pubbliku li l-President attwali, Edward Azzopardi, irreżenja mill-kariga tiegħu b’effett immedjat. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjonijiet interni u hija r-riżultat ta’ konsiderazzjonijiet personali u ċirkustanzi oħra.

Matul is-snin ta’ servizz tiegħu, il-President Edward Azzopardi mexxa s-Soċjetà b’dedikazzjoni u imħabba, u kien ta’ kontribut sinifikanti biex is-Soċjetà tkompli tikber. Is-Soċjetà Mużikali Peace tibqa’ dejjem grata lejn ix-xogħol kbir kemm amministrattiv kif ukol artistiku tiegħu li ħadem matul is-snin għal din l-istess Soċjetà.

Il-Kumitat se jkun qed jibda proċess biex jinħatar President ġdid fl-aktar żmien xieraq u se jżomm lill-membri infurmati dwar l-iżviluppi.

Fl-istess ħin, nappellaw lill-membri u lis-sostenituri tas-Soċjetà biex ikomplu jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom f’din il-fażi ta’ transizzjoni.

Grazzi tal-appoġġ kontinwu tagħkom.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 18 ta’ Settembru 2024


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Lulju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    293012345
    6789101112
    13141516171819
    20212223242526
    272829303112
    3456789

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.