Huwa ta’ pjaċir li nħabbru ingaġġ ieħor fi ħdan l-iskola tal-mużika tagħna. Il-Kumitat jixtieq iħabbar li mil-lum, Maris Micallef se tkun qed tieħu lir-rwol ta' Għalliema fit-teorija tal-mużika u solveġġ.
Maris bdiet titgħallem il-Klarinett minn età żgħira taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Lino Pirotta mas-Soċjetà Mużikali Peace. Hija ħadet it-tgħallim bis-serjetà tant li kienet għamlet diversi eżamijiet tal-London College fejn kienet kisbet ukoll Diploma. Hija kellha diversi opportunitajiet mal-Banda Peace fosthom bħala solista f’diversi kunċerti.
Meta għalqet sittax il-sena, Maris studjat is-suġġett tal-Mużika bħala livell avvanzat u wara daħlet l-Università ta’ Malta fejn għamlet il-kors tal-Baċellerat fuq il-Mużika. Tul dan il-kors kompliet l-istudji fuq il-Klarinett, kif ukoll suġġetti bħal analiżi fil-mużika, teorija, l-istorja, traskrizzjoni tal-mużika, kif ukoll kompożizzjoni.
Sentejn ilu Maris bdiet il-kors tal-Masters fit-tgħallim tal-Mużika u din is-sena bdiet tgħallem l-mużika ġo skola privata. Hija qed tgħallem minn tfal ta’ 3 snin sal-età tas-sekondarja.
𝗔𝘄𝗴𝘂𝗿𝗶!
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 4 ta’ Diċembru 2024