Il-Kumitat jixtieq iħabbar it-tielet ingaġġ fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Mro. Vincent Farrugia ser ikun qed jibda l-ħidma tiegħu fl-irwol ta’ għalliem għas-sezzjoni tar-ram
Nixtiequ nirringrazzjaw lil Mro. Reno Cassar tas-servizz tiegħu matul din l-aħħar sena
Mro. Vincent Farrugia huwa minn Ħal Qormi. Fis-sena 1974 huwa beda l-karriera mużikali tiegħu billi studja l-ewfonju taħt diversi surmastrijiet. Fl-1975 ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-banda San Bastjan ta’ Ħal Qormi.
Huwa ddeċieda li jkompli jistudja fuq skala avvanzata kemm strumentali kif ukoll fl-armonija. Wara li għadda mill-gradi finali kollha fis-sena 1989 kiseb id-Diploma A.L.C.M. tal-Kulleġġ Mużikali ta’ Londra.
Vincent studja l-pjanu u l-armonija aktar avvanzata u fis-sena 1995 kiseb id-Diploma A. Mus. L.C.M. tal-Kulleġġ Mużikali ta’ Londra. Huwa kompla jistudja, din id-darba l-vuċi ta’ tenur fuq skala professjonali ma’ diversi surmastrijiet tal-vuċi. Fil-karriera tiegħu huwa kanta bħala solista ma’ għadd ta’ baned u orkestri kif ukoll fil-knejjes u fit-teatri ewlenin ta’ Malta u Għawdex.
Vincent idderieġa diversi baned fil-festi, u kif ukoll ikkompona numru ta’ marċi u mużika oħra għall-baned. Huwa kien ukoll mużiċist professjonali bl-ewfonju mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
𝗔𝘄𝗴𝘂𝗿𝗶!
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 5 ta’ Diċembru 2024