Ħruġ minn-Niċċa - 28 ta' Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu 2016

Nhar il-Hadd, 28 ta’ Awwissu fis-7:30pm, wara l-quddiesa l-BANDA PEACE tiftah il-Festa b’daqq ta’ innijiet waqt il-hrug tal-istatwa fil-bieb tal-Knisja. Hekk kif tintemm ic-celebrazzjoni Marjana, jkun hemm MARC fil-Pjazza u Vjal ix-Xoghol mill-Banda Peace. Dan is-servizz huwa rregalat lill-festa minn din is-Socjeta'. 

 

L-Innu ta' Marija Bambina - 'O Tfajla Mmakulata'

Innu miktub mill-qatt minsi Mro. Ferdinando Camilleri sabiex jindaqq mill-'Peace Band Club' għal Festa ta' Marija Bambina. Mro. Ferdinando Camilleri serva bħala surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917 sas-sena 1922. F'dan il-YouTube video ser tisimaw il-Banda Peace ddoqq "O Tfjajla Mmakulata" ġo recording studio. Il-Kor li qiegħed ikanta huwa 'The New Choral Singers'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu 2016