Jum il-Festa ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 8 ta’ Settembru 2016

Nhar il-Hamis 8 ta' Settembru, il-Banda PEACE b'unur kbir takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' MARIJA BAMBINA fil-purcissjoni bl-innijiet tant sbieh u popolari man-Naxxarin. X'hin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mheggeg jiehu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-BANDA PEACE ssellem lill-Bambina bl-Ave Marija tas-Surmast Guzeppi Fenech minn fuq il-plancier.

 

L-Innu ta' Marija Bambina - 'O Tfajla Mmakulata'

Innu miktub mill-qatt minsi Mro. Ferdinando Camilleri sabiex jindaqq mill-'Peace Band Club' ghal Festa ta' Marija Bambina. Mro. Ferdinando Camilleri serva bhala surmast tal-Banda Peace (dak iz-zmien Banda La Pace) mis-sena 1917 sas-sena 1922. F'dan il-YouTube video ser tisimaw il-Banda Peace ddoqq "O Tfjajla Mmakulata" go recording studio. Il-Kor li qieghed ikanta huwa 'The New Choral Singers'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2016