Ben Camille qatta t-tfulija u għex fin-Naxxar għal 20 sena?

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Iddeċidejna li minn din is-sena nibdew intukom siltiet qosra li jinżlu tajjeb magħkom dwar personalitajiet li jgħixu fin-Naxxar jew li huma minn hawn. Bdejna bil-personalità maħbuba BEN CAMILLE. Forsi tistaqsu: mela Ben min-Naxxar?

Kellimt  lil  Ben  u  qalli  li  m'għadux  joqgħod  fin-Naxxar għaliex  iżżewweġ,  imma jimmissjah immens u jqisu bħala r-raħal li fih għex twelidu u qatta' iktar minn 20 sena jgħix fih.

Meta saqsjetu xi jħoss minħabba l-fatt li huwa personalità u ħafna nies jarawh bħala 'role  model',  weġibni  li  jħossu  onorat  u  responsabbli  fl-istess ħin;  responsabbli  billi jeħodha bis-serjetà u jipprova jkun persuna tajba u jagħti eżempji tajba liż-żgħażagħ hemm barra fuq kif tgħix il-ħajja.

"I miss Naxxar a lot and consider it my childhoodtown". Ben Camille.

Staqsejt  lil  Ben  liema  huma  l-isbaħ mumenti  fil-ħajja  pubblika  u  qalli  li  kellu ħafna. Jistqarr li Strada Stretta jibqa' sal-lum il-ġurnata l-iżjed serje' lokali maħbuba fil-gżejjer tagħna u jemmen li x-xogħol li għamel flimkien ma' Sharp Shoot Media (Produtturi ta' Strada  Stretta)  u Benjamin kienu  esperjenzi  mill-isbaħ. Sbieħ ukoll  kienu  l-mumenti meta  ppreżenta  l-Eurovision  Song  Contest  u  anke  l-Junior  Eurovision  quddiem udjenza ta' 20 miljun ruħ minn madwar id-dinja. Ben jistqarr li kien grazzi għal Anton Attard  li  għenu  jibda  l-karriera  ta'  preżentatur.  Għal  qalbu  wkoll  l-għajnuna volontarja bħall-Istrina u anke għall-annimali li wettaq permezz tas-serje Benjamin.

Il-ħolma  ta' Ben illum hija li jkompli jxerred  il-pożittività, jaħdem favur ir-rispett lejn l- annimali u jgħin lin-nies fil-bżonn. Infatti jħobb iżur skejjel fejn jagħti taħditiet dwar il-pożittività lill-istudenti. Jistqarr li t-tfal tal-lum huma l-futur tagħna u aħna responsabbli li nirsistu biex nuruhom l-aħjar direzzjoni.

Fl-aħħarnett meta staqsejtu xi jħoss għan-Naxxar bħala persuna li għex tfulitu hawn,Ben sostna li sfortunatament ħareġ minn din il-belt madwar 4 snin ilu wara li għex fih għal iżjed minn 20 sena. Jibqa' jqisu bħala raħal twelidu. Skont hu:“n-Naxxar huwa mill-isbaħ, apparti li hu ċentrali u mgħammar b'postijiet fejn tiddeverti u tiekol kif ukoll tissoċjalizza... u  niesu  huma  dħulin.” Semma  l-fatt  li  jimmissja  l-ħobża  regolari mingħand Cafè OK jew mill-Klabb ta' Naxxar Lions, kif ukoll il-kafè tiegħu u 's-salad' mingħand Creme Cafè,li mingħandu jgħid li xtara kull ma kellu bżonn fl-edukazzjoni ta' tfulitu-'memorji sbieħ'...itemm Ben.

F'isem is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, nawguraw l-isbaħ futur għal Ben Camille u nirringrazzjawh li għad għandu stima kbira lejn in-Naxxar li trabba fih; dak iż-żmien villaġġu llum, kiber ġmielu.

 

Clifford Galea

PRO

Peace Band Club

Naxxar

Filmat: Teaser Trailer tat-Tele serje 'Benjamin'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 6 ta' Jannar 2018