Tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR"

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar it-Tlieta 21 ta' Mejju fis-Sala tal-Kunsill Lokali saret tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR - stejjer, ġrajjiet u laqmijiet" mill-awtur storiku Naxxari s-Sur Paul Catania.

Il-ktieb qiegħed jinbiegħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba, direttament mingħand is-Sur Catania jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill għall-prezz baxx ta' €12.50.

Prosit lis-Sur Paul Catania għax-xogħol kollu li jagħmel sabiex tiġi priservata l-istorja tan-Naxxar.

Ritratt:  Is-sur Clifford Galea Maslennikov, is-sur Paul Catania, is-Sindku AnnMarie Muscat Fenech Adami, s-sur Edward Azzopardi

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju 2019


Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.