FESTA: Ħruġ minn-Niċċa b'akkumpanjament mill-Banda Peace - 28 ta' Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 28 ta’ Awwissu 2019

Ninsabu biss ftit granet il-bogħod mill-ftuħ tal-Festa 2019. Nhar l-Erbgħa 28 ta' Awwissu waqa l-quddies tas-7:00pm, il-banda Peace bħal kull sena bi privileġġ u unur kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-ħrug tal-Istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa. Wara l-quddiesa, l-BANDA PEACE tiftaħ il-Festa b'Marċ li jibda mid-Dar Sagra Familja fi Triq il-Markiż Scicluna, sal-Pjazza fejn tilqa' l-Istatwa Titulari fil-bieb tal-Knisja. Dan is-servizz huwa rregalat lill-Festa minn din is-Soċjeta'.  Wara ċ-ċelebrazzjoni jkun hemm Marċ Brijjuż fil-Pjazza u Vjal ix-Xogħol.

Fid-9:30pm: BLUE GATHERING 'Pre Festa Edition' għaż-Żgħażagħ u l-Partitarji f'Otto Clubhouse.

L-Innu Ta' Marija Bambina - Naxxar - 'O Tfajla Mmakulata' miktub mill-qatt minsi Mro.Ferdinando Camilleri (100 sena anniversarju)

Dan huwa l-innu popolari tal-Bambina fin-Naxxar bl-isem "O Tfajla Mmakulata". Dan l-innu ġie miktub mill-qatt minsi Mro. Ferdinando Camilleri li kien surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917-1922. L-istess surmast kiteb dan l-Innu sabiex ikun jista jindaqq mill-Banda Peace fil-Festa ta' Marija Bambina ġewwa n-Naxxar. Dan ifisser li minn riċerka li għamilna jindikka li din is-sena dan l-innu ser jagħlaq 100 sena minn mindu nkiteb dan l-Innu Popolari.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 20 ta’ Awwissu 2019