Il-Ħames Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum ninsabu fl-ewwel Sibt tax-xahar ta' Awwissu fejn jaħbat propju l-Ħames Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija. Dan is-Sibt xtaqt niddedikah għal Marċ Popolari tal-5 ta' Settembru fejn sena wara sena dan il-marċ qiegħed ikun ferm mistenni minn-Naxxarin. Dawn il-ftit ritratti jixdhu l-isppettaklu kbir li jiġi mtellgħa mis-Soċjeta' għażiża tagħna fil-5 ta' Settembru għal marċ tat-Tieni jum tat-Tridu. 

Waqt dan il-marċ issir it-tlugħ tal-istatwa fil-gallarija tal-każin, fejn tibqa ssebbaħ il-faċċata kollosali li ġiet armata għal ewwel darba fil-Festa tas-sena li għaddiet - 2018. Il-Kummissjoni Żgħażagħ u s-sur Edward Azzopardi ġew premjati mill-Malta Records għal aktar faċċata li fiha biċċiet ta' injam (788 biċċa injam), isir Xow kbir sinkroniżat ta' karti, nar, dwal, laser u effetti viżivi. Bħal kull sena jintwera' Feature fuq 'Big Screen' fost spettaklu kbir u l-brijju tal-partitarji.

U din is-sena....... 

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina.

Marċ Popolari fin-Naxxar - 5 ta' Settembru 2018 - Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar.

30 minuta mill-aqwa mumenti tal-ispettaklu kbir li ttella' fil-pjazza nhar it-Tlieta 5 ta' Settembru fit-Tieni Jum tat-Tridu mis-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar flimkien mall-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 3 ta’ Awwissu 2019