FESTA: Il-MARĊ POPOLARI tal-5 tax-xahar - 5 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 5 ta’ Settembru 2019

Il-5 ta' Settembru saret ġurnata wisq mistennija minn-Naxxarin kollha għaliex iż-żgħażagħ u partitarji tas-Soċjeta' jħejju marċ brijjuż b'daqq ta' Marċi Brijjużi mat-toroq Naxxarin fejn fl-10:00pm il-banda tidħol fil-pjazza għal marċ brijjuż fost il-brijju tal-partitarji qalbiena tagħna. Il-Banda Peace tibda ddoqq fit-8:30pm minn Vjal ix-Xogħol, il-Pjazza, Castro, Nutar Debono Bużjett, San Pawl, Parroċċa, Oratorju, San Ġorġ, il-Kbira u jispiċċa fil-Pjazza fost il-briju u l-entużjażmu taż-Żgħażagħ u Partitarji.

Fost il-brijju mill-isbaħ, nassistu għat-tlugħ tal-istatwa ta' Marija Bambina fil-gallarija prinċipali tal-każin fejn ser tkun qiegħda tispikka mad-dissin tal-Faċċata Kollosali. Fost bosta spettaklu, ser jintwera' Feature  u spettaklu uniku fir-raħal tagħna b'sinkornozar sabiħ ta' karti, nar, laser u effetti tad-dawl. Għalhekk nixtiequ nħeġġu lil membri, partitarji u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex fil-5 ta' Settembru jinngħaqdu magħna sabiex dan il-Marċ nibqaw nkabrulu l-popolarita'. TITILFUĦX!

Fl-aħħar tal-marċ, nassistu għal ħarqa tal-logħob tan-nar tal-art mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar.

Aktar dettalji fuq dan il-jum ferm mistenni jittellgħu aktar tard. Żżommu ruħkom aġġornati għal aktar informazzjoni. 

GRAZZI!

Filmat li juri spettaklu ta' 30 minuta tal-Marċ Popolari tas-sena li għaddiet.

 

Id-Diska l-ġdida Żagħżugħa Jien - Nicole Frendo

Għafsu hawn għal aktar informazzjoni fuq din id-diska, nluż il-lirika. 

Id-Diska Soċjeta' Peace - Glenn Vella

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 29 ta’ Awwissu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.