Id-Dħul tal-istatwa ta' Marija Bambina lura fin-niċċa - Nhar is-Sibt 14 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 14 ta' Settembru 2019

Hekk kif ftaħna din il-Festa, nispiċċawa permezz tal-Quddiesa fis-6:30pm b'ringrazzjament lil Ommna Marija. Wara l-quddiesa, l-istatwa tintrefa' b'dimonstrazzjoni żgħira ġewwa l-Knisja mill-bieb prinċipali san-niċċa. Nixtiequ nħeġġu lis-soċji, membri u bandisti ta' din is-Soċjeta' sabiex jinngħadu llkoll magħna għal din il-Quddiesa b'ringrazzjament. Viva Marija Bambina.

L-Antifona ta' Marija Bambina | Naxxar - 'Gloriosae Virginis' - Mro. Paolo Nani

Mro. Paolo Nani kien il 'Maestro Di Cappella' tan-Naxxar u kiteb din l-antifona biex tindaqq fil festa ta' Marija Bambina ġewwa n-Naxxar. Illum il-ġurnata fid-dħul ma tindaqqx din-l-antifona (minħabba li bic-ċċapċip ma tinstemax sewwa) imma l-antifona ta' Mro. Ġuzeppi Fenech tindaqq wara l-barka. Hija wahda mil-isbaħ antifoni f'Malta u intgħoġbot tant li jdoqquha ukoll għal Festa ta-Santa Katarina ġewwa ż-Żejtun fit-tridu (bi kliem differenti).

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 13 ta' Settembru 2019


Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Ritratti u Filmati tal-Festa ta' Marija Bambina 2019

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.