Data tal-Attivita: Is-Sibt, 23 ta’ Novembru 2019
Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace ser torganizza t-Tieni ikla b'risq il-Festa ta' Marija Bambina, nhar is-Sibt 23 ta' Novembru fit-8:00pm ġewwa s-Sala Marija Bambina. F'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ nixtiequ nħeġġu lil partitarji u ħbieb tas-Soċjeta' sabiex jinngħaqdu magħna għal din l-ikla biex b'hekk tkunu qiegħdin tgħinuna sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-istess Kummissjoni.
L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Soppa, Main Course: Ħaruf jew Tiġieġ u deżerta.
Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġiġkom sabiex ma tħallux għall-aħħar!
Grazzi mill-qalb!
Feature fuq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ ... Nħarsu b'determinazzjoni għal Festa 2020...
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 14 ta’ Ottubru 2019