B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Angelo Deguara, ex-Bandist tal-Banda Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Angelo Deguara, ex-Bandist tal-Banda Peace, Soċju għal snin twal u missier Anthony – Membru tal-Kumitat, Direttur tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Bandist. Anglu kien Naxxari u jħobb dak kollu marbut man-Naxxar, il-Festa u l-Banda tagħna, kif ukoll dilettant kbir tas-sengħa tal-barrieri, l-qtugħ tal-ġebel, il-metodi u l-għodod li kienu jintużaw fl-imgħoddi. Kellu kapaċità kbira biex jibni l-girna tradizzjonali Maltija.

F’isem il-President u l-Kumitat nibgħatu l-kondoljanzi lill-familja Deguara, b’mod speċjali lil martu Lucyanne u wliedu. F’dan il-mument diffiċli niftakru fih fit-talb tagħna.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-Paċi. Ammen.

Aġġornamenti:

  1. Il-funeral ta' Angelo ser isir nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru fid-8:45am fil-Kolleġjata, Aripretali u Arċimatriċi ta' Marija Bambina fin-Naxxar. 

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru 2019


1 
Gina bugeja - San Pawl il bahar
17 Ottubru 2019 07:59 PM
In Naxxar tilef tezor kbir.Kondoljanzi lil martu u wliedu. Anglu issa sar anglu fis sema.

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify