AVVIŻ IMPORTANTI: Fis-sitwazzjoni preżenti konnessa mal-COVID-19, il-Kumitat javża li sakemm jinħarġu direttivi ġodda, ħa jittieħdu dawn il-miżuri: ▪ B’effett mill-lum ħa jitwaqqfu t-tagħlim tal-mużika u l-kunċerti kollha tal-banda.
▪ Ħa tiġi posposta s-Seduta Ġenerali Annwali.
▪ Ħa jiġu kanċellati l-attivitajiet:
• Is-Sibt, 21 ta’ Marzu Ikla fil-Każin
• It-Tlieta, 24 ta’ Marzu Coffee Morning fil-Każin
• Il-Ħadd, 29 ta' Marzu Tberik tal-Annimali (posposta)
• It-Tlieta, 31 ta' Marzu Ġurnata Għawdex
• Is-Sibt 4 ta' April Festa Marija Addolorata għat-Tfal
• L-Erbgħa, 8 ta' April Kunċert ta' Marċi Funebri
• Il-Ħamis, 9 ta’ April Private tas-Seba’ Visti
▪ F’Otto Clubhouse tnaqqsu numru ta’ mwejjed u qed jittieħdu diversi miżuri preventivi oħra, b’avviżi mwaħħla ma kull entratura.
▪ Is-Sala tal-iSnooker fil-Każin ħa tkun magħluqa.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-attenzjoni, nappellaw għar-responsabbiltà u l-kawtela u sabiex tikkooperaw mal-awtoritajiet tas-saħħa.
Marija Bambina ħarisna.