Niċċelebraw flimkien Jum is-Soċjetà Mużikali Peace - 1 ta' Mejju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Jum is-Soċjetà Mużikali Peace 🔹 L-Ewwel ta' Mejju.

Uħud mill-bandisti tagħna flimkien mas-Surmast, l-Assistent u l-għalliem li ngħaqdu flimkien sabiex b'mod individwali jdoqqu s-silta 'Conquest of Paradise' u bil-filmati kollha maqgħudin flimkien ħareġ dan ir-riżultat ferm sabiħ.

Kuraġġ u Grazzi lill-ħaddiema kollha li qed jagħmlu minn kollox biex nirbħu din il-pandemija.

Grazzi ukoll lill-voluntiera li ħadmu għas-Soċjetà Mużikali Peace u dejjem għamlu minn kollox sabiex waslu lis-Soċjetà tagħna sal-lum, anke f'dawn iż-żminijiet iebsa. L-Istorja ta' din is-Soċjetà Mużikali glorjuża tkompli... 158 sena wara.

Kuraġġ għall-ġranet aħjar!

 

Uħud mill-bandisti tal-Banda Peace jdoqqu Conquest of Paradise

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 20 ta’ Mejju 2020


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.