Day by the Pool - Salt Water : Nhar is-Sibt 18 ta' Lulju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 18 ta' Lulju 2020

Nhar is-Sibt 18 ta' Lulju, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw attivita' Sajfijja fejn qiegħdin jistednuwkom tingħaqdu magħna għal ġurnata fejn il-pixxina ġewwa s-Salt Water Lido tax-Xemxija. L-attivita' ser tibda fid-9:00am sas-6:00pm, u l-prezz jinkludi użu esklussiv tal-Pool Area, BBQ Lunch (tiekol kemm trid) u t-transport. It-transport jitlaq mill-pjazza fit-8:30am. 

Il-Postijiet huma limitati għal 75 persuna biss b'konformita' mal-miżuri kurrenti u b'osservazzjoni tal-proċeduri stabbiliti mill-awtoritajiet lokali.

Prezz Adulti: €30

Prezz Tfal: €15

Żagħżugħa Jien - Niċċelebraw llkoll flimkien il-25 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2020


Festa 2020
KURAĠĠ - COVID-19