Niċċelebraw flimkien l-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 11 ta' Lulju qiegħdin llkoll flimkien niċċelebraw l-ewwel Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Għalina n-Naxxarin, il-Festa hija ferm għażiża u għalhekk nixtiequ bħala Soċjeta' nħeġġu lil kulħadd b'mod speċjali lis-soċji, bandisti u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex itellgħu l-bnadar tagħhom u llejla jixgħelu l-globi u festuni blu. Il-kulur blu propju jfakkarna fit-twelid ta' Ommna Marija Bambina. Il-Kummissjoni Żgħażagħ li din is-sena qiegħda tiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tagħha ser tkun qiegħda tbiegħ sett ġdid ta' bnadar li jistgħu jitwaħlu mall-gallarijiet tagħkom.

 Viva Marija Bambina u l-Ewwel Banda Naxxarijja...

Żagħżugħa Jien (ft. Nicole Frendo)

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 11 ta’ Lulju 2020