Illum is-Sibt 18 ta' Lulju huwa t-Tieni Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt xtaqna naqsmu ftit strofi minn poeżija sabiħa li tfakkar l- inawgurazzjoni tal-armar artistiku tal-Faċċata Kollosali li ġiet imżanżna nhar it-3 ta' Settembru 2018.
Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali.
Wieqfa Dritta f'Nofs il-Pjazza - 3 ta' Settembru 2018
Binja rikka u majestuża
F'pjazza kbira ferm arjuża
B'storja antika tant glorjuża
Quddiem knisja wisq grandjuża
Snin ta' ħsieb u diskussjoni
Ħafna xogħol b'dedikazzjoni
Flimkien ħadna d-deċiżjoni
u dlonk bdiet l-ispirazzjoni
Ħlomna f'daqqa b'dal-proġett
ridnih minn ta' fuq nett
Għalhekk ħloqna dal-kunċett
Li żviluppa f'xogħol perfett
Faċċata ġdida nnovattiva
Idea kbira u kreattiva
Ħidma f'waqta progressiva
Minn Soċjeta' dejjem attiva
Ftit snin ilu sebbaħniha
B'statwa rikka żejjiniha
Din is-sena armajniha
B'libsa ġdida libbisniha
Ghandna żgur l-isbaħ kantata
U issa wkoll l-aqwa faċċata
B'preċiżjoni ddisinjata
b'sengħa kbira ġiet armata
O Bambina idħol għalina
Ibqa dejjem għix ġo fina
Ħu ħsieb lilna u mexxina
b'ħeġġa kbira kompli imlina
****
Ħarsa lura lejn dawk il-mumenti ta' emozzjonijiet sbieħ ta' nhar it-3 ta' Settembru waqt l-inawgurazzjoni tal-Faċċata Kollosali
Bħal ma nagħmlu kull sena, nħeġġukom sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 18 ta’ Lulju 2020