Niċċelebraw flimkien it-Tielet Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 25 ta' Lulju qiegħdin llkoll flimkien niċċelebraw it-Tielet Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Għalina n-Naxxarin, il-Festa hija ferm għażiża u għalhekk nixtiequ bħala Soċjeta' nħeġġu lil kulħadd b'mod speċjali lis-soċji, bandisti u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex itellgħu l-bnadar tagħhom u llejla jixgħelu l-globi u festuni blu. Il-kulur blu propju jfakkarna fit-twelid ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt erġajna nkwadrajna l-ġawrha tagħna n-Naxxarin. Ninsabu ferm kburin li bħala Banda Peace minn kemm ilna mwaqfin dejjem akkumpanjajna l-istatwa titulari ta' Ommna Marija Bambina matul il-purċissjoni f'jum il-Festa. Dan huwa unur u privileġġ kbir li l-Banda Peace minn dejjem kienet tħaddan u temmen fih u ninsabu ferm aktar onorati li l-Bambina ma ċħadniha qatt!

VIVA MARIJA BAMBINA ..... L-OMM TAGĦNA L-MALTIN U GĦAWDXIN!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 25 ta’ Lulju 2020


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.