Nhar l-Erbgħa 4 ta' Mejju fis-7:30pm ġie organizzat Quiz Night interessantissimu fuq Beltna n-Naxxar. Ipparteċipaw bosta gruppi ġewwa OTTO Clubhouse. Kull grupp kien magħmul minn 4 persuni. Dan il-quiz kien mirbuħ minn Team 3 - Anthony Deguara, Christian Zammit, Kyle Pirotta u Wayne Formosa. Waqt dan il-quiz intrebħu bosta rigali. Nirringrazjaw mill-ġdid dawk kollha li għoġobom jieħdu sehem f'din is-serata u dawk kollha li ħadmu sabiex dan il-quiz sseħħ. Grazzi u Prosit! Ritratti18Filmati0
Ritratti tal-Album Agħżel ritratt biex tarah f’daqs akbar u kompli skopri l-kollezzjoni kollha. Ir-Rebbieħa jiġu premjati mill-President tas-Soċjeta' - (Mix-xellug għal lemin) Wayne Formosa, Edward Azzopardi (President tas-Soċjeta'), Anthony Deguara, Kyle Pirotta u Christian Zammit