Nhar il-Ħamis 22 ta' Ottubru, fis-Sala Marija Bambina tal-Palazzo Vittoria, saret l-ewwel taħdita mis-sensiela “From a Bronze Age Village to a Modern Town”, iddedikata lill-istorja tan-Naxxar. It-taħdita kienet waħda interessanti ferm u ntlaqgħet b’attendenza sabiħa, li kompliet tenfasizza l-interess fil-wirt storiku u kulturali ta’ beltna. Is-Soċjetà Mużikali Peace tirringrazzja lill-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari għall-inizjattiva u tifraħ lil dawk kollha involuti għas-suċċess ta’ din l-attività kulturali. Ritratti6Filmati0