Palazzo Vittoria f’Naxxar laqa’ lit-tfal u l-familji għal serata ta’ divertiment u atmosfera ta’ Halloween, nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2026. L-attività bdiet bit-tradizzjoni popolari tat-“Trick or Treating”, fejn it-tfal setgħu jgawdu din l-esperjenza f’atmosfera festiva, segwita minn Halloween Party fil-Marija Bambina Hall. Serata mimlija gost, tbissim u mumenti sbieħ għall-familji li ngħaqdu magħna f’din l-okkażjoni speċjali. Grazzi lil dawk kollha li attendew u għamlu din l-attività suċċess! Ritratti10Filmati0