Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu fis-7:00pm, ingħata l-bidu uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet bil-ħruġ tradizzjonali tal-istatwa min-niċċa.
Il-Banda Peace fetħet il-festa b’marċ li beda mill-Knisja Filjali ta’ San Ġwann il-Battista fi Triq San Ġwann, u kompla marret lejn Triq Santa Luċija sal-Pjazza. Hemmhekk laqgħet l-Istatwa Titulari fil-bieb tal-Knisja bid-daqq tal-innijiet solenni u marċi brijjużi. Dan is-servizz kien irregalat lill-festa minn din is-Soċjetà.