Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar organizzat serata mill-isbaħ bil-BBQ tal-Festa 2026, li sar nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2026, fi Pjazza Vittorja, in-Naxxar.
Il-lejla kienet waħda mimlija ikel tajjeb, atmosfera festiva u divertiment, bil-qofol ikun il-wirja mużikali mill-aqwa ta’ Claudia Faniello & Band, li akkumpanjat lill-pubbliku matul is-serata.
Grazzi lil dawk kollha li attendew u taw is-sehem tagħhom biex din l-attività tkun suċċess.