Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar tat il-bidu uffiċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa 2026 bit-tieni edizzjoni tal-Festa BLUE Gathering, serata ta’ briju, mużika u atmosfera mill-isbaħ fl-OTTO Clubhouse.
Is-serata, li saret nhar is-Sibt, 29 ta’ Awwissu 2026, fetħet b’warmup set minn DJ Justin, filwaqt li DJ Sue kompliet iżżomm l-enerġija għolja matul il-lejl b’mużika u divertiment mill-aqwa.
Il-pubbliku ngħaqad f’atmosfera mill-isbaħ, bil-kulur blu jiddomina s-serata u jagħti bidu xieraq għal Festa oħra memorabbli.
Grazzi lil dawk kollha li attendew u għamlu l-Festa BLUE Gathering 2026 suċċess! 💙
#300SenaFostna #Festa2026