Data tal-Attivita: It-Tnejn, 7 ta’ Settembru 2026
Nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru ser jittellgħa' l-Programm Mużikali tal-Festa fl-Lejliet il-Festa. Dan il-programm straordinarju se jkun qed jittella' mill-Banda Peace mill-planċier artistiku u maestuż tagħha, proprju fil-qalba ta' Pjazza Vittorja ġewwa n-Naxxar.
-
Data: It-Tnejn, 7 ta' Settembru, 2026
-
Ħin: Fid-9:30 p.m.
-
Post: Pjazza Vittorja, in-Naxxar (fuq il-Planċier tas-Soċjetà)
-
Mistiedna Speċjali: Bis-sehem ewlieni tal-kantanta rinomata Naxxarijja - Mary Spiteri!
Din l-edizzjoni ta' din is-sena se tkun waħda partikolarment speċjali u storika, fejn se nkunu qed niċċelebraw tnejn minn l-aktar anniversarji stabbiliti u għeżież għas-Soċjetà u r-raħal tagħna:
-
L-anniversarju storiku tat-300 Sena mill-wasla tal-statwa titulari ta' Marija Bambina fostna n-Naxxarin (1726 – 2026).
-
L-għeluq tal-35 Sena anniversarju tas-Surmast Direttur Lino Pirotta fit-tmexxija tal-Ewwel Banda Naxxarija.
Inħeġġu lill-membri, lill-partitarji u lid-dilettanti kollha tal-mużika u tal-festa biex jingħaqdu magħna f'din is-serata ta' livell għoli mimlija emozzjoni, talent u ċelebrazzjoni!
#300SenaFostna #BandaPeace #Festa2026
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu 2026