Gallery Album: Rapreżentazzjoni Ħajja tal-Ort tal-Ġetsemani

Wara s-suċċess f'dawn l-aħħar sentejn bir-Rapreżentazzjoni Ħajja, is-Soċjeta' tagħna organizzat Rapreżentazzjoni Ħajja tal-Ort tal-Ġetsemani nhar Ħamis ix-Xirka filgħaxija u matul il-Ġimgħa Kbira filgħodu. L-atturi ħadu sehem kollha b'mod volontarju u huma kollha membri attivi fis-Soċjeta' tagħna. Nixtiequ nirringrazjaw lil atturi kollha li taw is-sehem tagħhom kif ukoll lid-direttur is-sur Anthony Deguara u s-sur Tonio Vella li għoġbu jattendi waqt il-preparazzjonijiet ta' din ir-Rapreżentazzjoni sabiex jagħtina s-suġerimenti professjonali tiegħu biex b'hekk stajna ntellaw għal sena oħra Rapreżentazzjoni ta' livell tajjeb. L-aħħar u mhux l-anqas grazzi lill dawk li għinu minn wara l-kwinti u lil dawk in-nies kollha li għoġobom jattendu għal dawn ir-Rapreżentazzjonijiet. Grazzi!
Ritratti [ 56 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti