Din is-sena l-kampjonati tal-isnooker fis-Soċjeta' tagħna bdew bil-kbir fejn ospitajna żewġ kompetizzjonijiet Nazzjonali fl-Snooker Hall tal-każin. Is-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mall-Malta Billiard and Snooker Association ospitat il-logħob kollhu tal-'European Under 17 Snooker Open' bejn il-5 u 12 ta' Jannar fl-Snooker Hall tal-każin, kif ukoll ospitat il-logħob kollhu tal-Attrans Snooker Open sas-19 ta' Jannar.
Is-Soċjeta' Mużikali Peace tifraħ lir-rebbieħ Alex Borġ (Mt) li rebaħ il-Finali 'Attrans Snooker Open' kontra Duncan Bezzina (Mt). Ir-referee ta' din il-finali kien is-sur Ivan Brincat. Għall din il-finali attenda l-ex plejer internazzjonali tal-isnooker, is-sur Tony Drago.