Nhar il-Ġimgħa 19 ta' April, l-Banda Peace għal sena oħra, bi privileġġ u unur kbir, daqqet quddiem il-vara l-Kbira matul il-purċissjoni b'daqq ta' sett marċi funebri ġodda li ħafna minnhom miktubin minn surmastrijiet u mużiċisti tas-Soċjeta' tagħna.